SEMIDE Système Euro-Méditerranéen d'Information sur les savoir-faire dans le Domaine de l'Eau

Malta Focal Point
 Last update: September, 2007

Maltese flag

Home Up


Weather and water related IDIOMS

This page is still under construction

  • Tela’ l-ajru.
  • Ajru mherri.
  • L-ajru fetaħ għajnu
  • L-ajru għalaq għannu
  • L-ajru ħa
  • L-ajru żamm
  • Anqas jekk tagħmillu l-ilma jiżfen.
  • Ried ħagġa bl-art u l-baħar.
  • L-art l-oħra
  • Nieżla sa l-art.
  • Rifes l-art
  • Żamm ma’ l-art.
  • Għalih jaqbeż il-baħar
  • M’hawnx baħar jaqsam
  • Ħallih jħabbat il-baħar
  • Qam il-baħar
  • Mar il-baħar
  • Għamlu baħar u anqa mhu għadira.
  • Baħar ix-xatt.
  • F’dal-baħar kont ninsab.
  • Il-baħar kien żejt.
  • Ara x’qala’ l-baħar.
  • Għadda minn baħar.
  • Baħar jibla’ l-art.
  • Baħar żejt.
  • Baħar baqta.
  • U l-baħar bnazzi.
  • Għaddej il-baħar.
  • Baħar jikser.
  • Għam il-baħar kollu u għereq fil-port.
  • F’baħar wieħed qegħdin.
  • Hemm baħar bejniethom.
  • Waddab kollox il-baħar.
  • Hawn jobrom.
  • Aħjar il-bard ta’ Jannar minnu.
  • Aħjar tbati biha milli tbati għaliha.
  • Donnu berqa.
  • Ġiet bħal berqa.
  • Ġriet  bħal berqa.
  • Beda jberraq.
  • Għereq f’beżqa ilma.
  • Waqa’ fil-bir tas-skieken.
  • Bir bla qiegħ.
  • Bnazzi żejt.
  • Qiegħed jilgħab il-boċċi.
  • Infetħu bwieb is-sema.
  • Għandu ċ-ċpar f’għanejh.
  • Demmu sarlu ilma.
  • Għamillu demmu ilma.
  • Dilluvju ta’ kotba (jew xi ħaġa oħra).
  • Ta’ qabel id-dilluvju.
  • Id-dinja bla tarf u l-baħar bla tmiem.
  • Id-dinja ħobż u l-baħar inbid.
  • Bħal dmugħ mill-għajnejn.
  • Taħ (ħa) doċċa kiesħa.
  • Dab dwieb ilma u melħ.
  • Donnu fellus imxarrab.
  • Fetħilhom.
  • Igħum fil-flus (fil-ġid fid-deheb eċċ.).
  • Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
  • Imxarrab s’għadmu.
  • Bard (ksieħ eċċ.) ixoqq il-għadam.
  • It-temp (l-ajru) għalaq għajnu.
  • It-temp (l-ajru) fetaħ għajnu.
  • Għajneh kienu qishom sajjetti.
  • Baqa jgħum waħdu.
  • Kemm għamel da-lejl!
  • Hemm jagħmel.
  • Hemm jaqbel.
  • Il-bejt (id-dgħansa eċċ.) jagħmel.
  • Għammed l-inbid (il-ħalib).
  • Inbid (ħalib) mgħammed.
  • Ra l-għarqa.
  • Mxarrab għasra.
  • Bil-għatx il-gawwi.
  • Qata’ għatx bil-perżut.
  • Mejjet bil-għatx.
  • Għandek għatx.
  • Ħadu (għamel bih) l-għatx.
  • Bil-għatx baqa’.
  • Hawn għatx ta’ (xi ħaġa).
  • Hawn għatx għal (xi ħaġa).
  • Xahar (sena eċċ.) għawwiem.
  • Għażiq fl-ilma.
  • Mela jew sadd ħalqu bl-ilma.
  • Qala’ ħasla bil-kif!
  • Tah ħasla.
  • Mur saqqi l-ħass tal-Marsa.
  • Agħlaqha dik il-ħassa.
  • Bħall-ħawt tal-ilma mbierek.
  • Xita bla ħniena.
  • Ħobża u sardina.
  • Xtara l-ħut fil-baħar.
  • Ħuta barra mill-ilma.
  • Ma middx idu għall-ilma mbierek.
  • B’idu l-waħda ixarrbedk u bl-oħra jixxuttak.
  • Ħasel idejh.
  • Xarrablu idejh.
  • Sar ilma.
  • Baqa taħt l-ilma.
  • Seħaq (jew għażaq) fl-ilma.
  • Ħożż fl-ilma.
  • F’ilma wieħed qegħdin.
  • Għadha ilma.
  • L-ilma baħar xorta.
  • Qisu qed jixrob l-ilma (jew tazza ilma).
  • Kull ilma jaqta’ l-għatx.
  • F’dak l-ilma qegħdin.
  • Jinsab taħt l-ilma.
  • Kafe’ (brodu, soppa eċċ.) ilma.
  • Seħaq l-ilma fil-mehrież.
  • Għamel l-ilma.
  • Halla kollox ma’ l-ilma.
  • Għamel kuma hawn ilma.
  • Donnha kelb tal-ilma.
  • Mela sabu l-ilma?
  • Jorqod fl-ilma.
  • Dardar l-ilma li jrid jixrob minnu.
  • Isqini u staqsini.
  • Dak ixxarrab sewwa.
  • Bħall-kelb il-mismut.
  • Donnu kelb tal-ilma.
  • Xorob il-kesħa.
  • Kielha.
  • Ċar daqs il-kristall.
  • Mar kontra l-kurrent.
  • Lagħaqa għasel u bittija morr.
  • Legligha.
  • Bħal leħħa ta’ berqa.
  • Il-baħar (is-sajf, ix-xitwa eċċ.) imbierek.
  • Mejjet bi-għatx (bil-ġuħ, bil-għejja eċċ.).
  • Ħa l-imfietaħ.
  • Namar Alla jbażża.
  • Bejn in-nar u l-ilma.
  • Min-nar għall-ilma.
  • Donnhom in-nar u l-ilma.
  • Qabeż min-nar għall-ilma.
  • Anqas in-nida ħdejn ix-xita.
  • Hemm qabża min-nar għall-ilma.
  • Il-qamar jibla’ kollox.
  • Ra l-qamar fil-bir.
  • Iħobb il-qatra.
  • Mejjet għal qatra.
  • Ma baqagħlux qatra demm f’wiċċu.
  • Niexef qoxqox.
  • Deffes rasu.
  • Fejn ħasel rasu?
  • Għar-riħ bla xita.
  • Ma xebax jieħu ritratti.
  • Ma billx sebgħu għall-ilma mbierek.
  • Ġera daqs sajjetta.
  • Bhal sajjetta fil-bnazzi.
  • Kieku faqqgħet sajjetta ma kinitx taħsdu daqshekk.
  • Wieħed fis-sakra u l-ieħor mejjet għal qatra.
  • Għamel kulma hawn saqajn.

 

Weather and water related PROVERBS

  • Alla fuq kollox u fuq kulħadd, xemx u xita jibgħat lil kulħadd.
  • Alwett bill-gziez, xita bla qies (bil-qliel).
  • April ħobżna fil-mindil (tvalja)
  • April imut mal-bard u Mejju jrid il-ward
  • April jagħmel il-fjuri u Mejju jieħu l-unuri
  • Awissu qatt ma ħamel lilu nnifsu
  • Awissu x-xemx taħarqu u x-xita tmissu
  • Barmil bla qiegħ titfa’ kemm titfa’ qatt ma timlieh
  • Bejn il-qala u l-Mieled arfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied.
  • Biex titgħallem tgħum, ma tridx tibża’ mill-ilma (jew mill-baħar).
  • Biex tixrob l-ilma safi, mur f’ras il-għajn.
  • Minn ras il-għajn ixrob jekk trid tixba’ u taqta’ l-għatx
  • Min irid jaqta’ l-għatx imur f’ras il-għajn
  • Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
  • Bil-qatra l-qatra tintela l-ġarra.
  • Qtajra qtajra timla l-ġrajra.
  • Ċafċaflu papru, la sibt l-ilma.
  • Dak li jagħqad sa San Mikiel jidħol fil-miżien
  • Dak li jħobb jixrob l-ilma ma jagħilx fil-kelma
  • Faħħar il-baħar u ibqa’ fuq l-art
  • F’April id-dubbiena tagħmel żinn u l-isħaba tmur lil hinn
  • F’April jistejqer il-fqir
  • F’Ħadd il Bluħ (Karnival) ix-xita tibda tfuħ
  • F’Jannar agħlaq in-nagħaġ fil-għar
  • F’Jannar ix-xiħ jew fis-sodda jew l-isptar
  • F’Jannar stenna xita, ksieħ u nar (beraq)
  • Fi Frar kull laqxa ttalla’ n-nwar (zgħar)
  • Fil-baħar bnazzi kulħadd baħri (kaptan)
  • Fil-bnazzi aħseb għall-maltemp
  • Fil-ħawt ta’ l-ilma mbierek kulħadd ibill sebħu
  • F’Marzu, il-fart (barri) iħossu (iħoss il-bard) min qarnu.
  • Meta Marzu jaħqarna, il-baqra turina b’qarnha.
  • Frar daqqa fawwar, daqqa qattar
  • Frar fawwar, jimla l-bjar.
  • Frar fawwar, ixebba’ r-raba’ u jimla l-bjar.
  • Frar fawwar, jimla l-bjar u joħroġ il-ħaxix minn ġol-ħitan.
  • Frar, fawwar il-bjar li jkun mela Jannar.
  • Frar fawwar kull xitla (ħaxixa, għadira, laqxa) bin-nwar (żahar).
  • Frar jawwar, kull ħaxix joħroġ minn ġol-ħitan.
  • Frar igħakkes lix-xjuħ u liż-żgħar
  • Frar jiġbor lil kulhadd id-dar
  • F’Santa Luċija jibdew l-irwiegel (tnax-il jum li minnhom ibassru t-temp ta’ matul is-sena l-ġdida)
  • Ġunju ħanin ixabba’ lil-bidwi u lil-fqir
  • Ġunju Ġunjett, ineħħi l-qmis u d-dublett
  • Ġunju, Ġunjett, ineħħi l-trizzi u l-kappell.
  • Ġunju kbir, rasu ras il-ħmir
  • Għal San Mattija, il-jum jgħamel pass ta’ tarbija
  • Sant’Andrija, il-jum jiqsaru pass ta’ tarbija.
  • Għal San Mikiel lesti l-kandlier
  • Għam il-baħar kollu u għereq fir-ramla (fix-xatt)
  • Għum fejn jilħaqlek
  • Il-baħar fis-sajf xiħ u fix-xitwa ġuvni
  • Il-baħar duqu qabel ma titla’ fuqu.
  • Il-baħar sinjur.
  • Il-baħar sinjur iżjed mill-art; u jekk l-art tkun sinjura iżjed mill-baħar, il-baħar jitla’ għaliha u jiblagħha.
  • Il-baħar sinjur aktar mill-art
  • Il-baħar tqassmu jsir għadajjar.
  • Min tagħmlu (taħsbu) baħar anqas biss issbu għadira (u tista ż-zid u min tagħmlu għadira ssibu baħar)
  • Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa
  • Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa bħal stanga (ħatba)
  • Il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild il-ħmar
  • Il-beraq dukkar ix-xita
  • Il-beraq fil-lbiċ ix-xita jġib
  • Il-ħmura ta’ flgħaxija lesti ż-żwiemel għat-tiġrija, il-ħmura ta’ flgħodu lesti ż-żwiemel (bhejjem) fejn joqgħodu
  • Il-ħmura ta’ fil-għaxija, ġib żwiemelek għat-tiġrija, il-ħmura ta’ fil-għodu ġib żwiemelek minn ġor-robu.
  • Ħmura bi nhar, erfa’ sortok u mur id-dar
  • Ħmura ta’ bi nhar, iġbor ħwejġek u mur d-dar; ħmura ta’ fil-għaxija libbes għat-tigrija.
  • Il-ħmura ta’ fil-għaxija, lesti d-debba għat-tigrija; il-ħmura ta’ fil-għodu ħalli l-bejjem joqogħdu (jew lesti l-bejjem fejn joqogħdu)
  • Ħmura ta’ fil-għaxija lest d-dwieb għat tigrija; ħmura ta’ bi nhar, ħu ħwejġek u mur id-dar.
  • Ħmura ta’ fil-ġhaxija lest l-bejjem għat tiġrija.
  • Il-ħmura ta’ fil-għaxija, lesti l-banju u l-lissija
  • Fil-ħmura ta fil-għodu, daħħal il-bhejjem w erġa lura.
  • Il-ħmura ta’ fil-għodu, iġbor ħwejġek (jew oħroġ il-bhejjem mir-robu).
  • Il-ħmura ta’ fil-għodu, agħlef il-baqar ħalli jorqdu, (jew id-debba biex torqod).
  • Jekk fil-għodu tkun il-ħmura, minn fuq bejtek neħħi l- ħbula.
  • Il-kwiekeb tegħmeż għandna r-riħ
  • Il-lbic: riħ jew xita żgur iġib
  • Il-Milied taż-żina (bnazzi), il-Għid fil-kċina
  • Il-Milied fil kċina, il ġid taż-żina, il-milied taż-żina (bnazzi), il Għid fil-kċina
  • Is-sajf kapott (kabozza) tal-fqir
  • Meta x-xitwa ttir, jiġi s-sajf, kapott tal-fqir.
  • Is-sajf ta’ San Marin, il-biedja tifraħ bih.
  • Is-sajf ta’ Jannar: għana tal-bidwi u tal-fqar
  • Ix-xita f’San Mark nar fl-art
  • Ix-xita mil-lvant timla l-vakant
  • Ix-xita mill-punent ma tħallix (warajha) ilment
  • Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
  • Is-sewwa, għalkemm taħbiha tidher: għax titla’ bħaż- żejt f’wiċċ l-ilma
  • Il-wied għan-niżla u ż-żejt f’wiċċ l-ilma.
  • Jannar kiefer u Frar għandu d-dwiefer
  • Jannar gerriefi u Frar bid-dwiefer.
  • Jekk wara nofs in-nhar ix-xemx tkun bajdanina, aktarx tkun ġejja x-xita għal filgħaxija
  • Kull baħar jipplaka
  • Kull ilma jaqta’ l-għatx
  • La ddardarx l-għajn li trid tixrob minnha
  • Għajn li trid tixrob minnha la ddardarhiex
  • L-aħjar ħut igħum f’qiegħ il-baħar
  • L-ilma fil-bir ma jaqtax l-għatx
  • L-iswed (sħab) ibażża u l-abjad ixabba’
  • L-iswed idejjaq u le jxabba’; l-abjad ixabba’ u le jdejjaq.
  • Ma’ Ġunju, il-ġurnata titwal u s-siġra titqal
  • Ma’ Ġunju l-bhejjem għatxana u l-bdiewa għarqana
  • Marzu qala’ mnieħru u qartsu
  • Mejju bla riħ il-bieja tifraħ bih
  • Mejju daqs ġuvni ħlejju
  • Meta fis-sajf iberraq it-Tramuntana jew xita qliel (jew qawwija itenna), jew kbira sħana
  • Meta fis-sajf tara tberraq it-Tramuntana jew xita qawwija stenna, jew kbira sħana
  • Meta tberraq it-tramuntana jkun ġej il-maltemp.
  • Meta fl-art jidħol il-gawwi, stenna riħ qawwi.
  • Meta l-gawwi jkun jogħla flimkien ikun ġej ir-riħ.
  • Meta jberraq il-Punent aħsiblu biex tkun lest.
  • Meta jberraq il-Punent, ikun ilesti għall-maltemp
  • Il-beraq fil-Punent iġib warajh il-maltemp.
  • Meta jiġu l-pluvieri, jiġi l-maltemp
  • Meta l-baħar juri qiegħu, l-ajru (il-maltemp) jagħmel tiegħu (jerfa’ driegħu).
  • Meta l-bir ikun miksur l-ilma fih jintilef u jmur.
  • Meta l-għansal jagħmel il-ward f’Awissu, ix-xita tkun bikrija
  • Meta l-Milied taħt il-bejt, il-Għid fuq il-bejt
  • Meta l-Milied taħt il-bejt, il-Għid fuq il-bejt; meta l-Milied fuq il-bejt, il-Għid taħt il-bejt
  • Il-Milied taħt il ħajt, il-Għid fuq il-bajt.
  • Il- Milied taħt ħwejta, u l-Għid fuq bwejta.
  • Meta tara l-beraq, lesti (jew illesti) l-girna (dura tonda u msaqqfa qalb ir-raba) fejn tintebaq.
  • Meta titla’ l-berwieqa, l-annata tkun sabiħa
  • Meta x-xemx tinżel fl-ixkora (sħab; jew tas-sħab) turi l-maltemp
  • Meta x-xita tagħmel bikri u tibqa’ sa limwaħħar, il-bidwi jkollu x’jitma’ u jaħsad sa l-aħħar
  • Meta x-xott jixxarrab, malajr jinxef
  • (Il-) Mewt u xita Alla jaf mita.
  • Min hu mejjet għal qatra u min hu mejjer fis-sakra
  • Min ikollu għalqa mal-baħar irid oħra r-raħal
  • Min jaħsel ras il-ħmar jaħli (jew jitlef) l-ilma (jew ir-ragħwa jew lissija) u s-sapun
  • Min jiftaħar jaqa’ l-baħar
  • Min jixtri l-ħut fil-baħar jieklu jinten.
  • Min jixtri l-ħut fil-baħar jibqa’ bir-riħa.
  • Tixtriex il-ħut fil-baħar.
  • Min tagħmlu baħar ikun għadira.
  • Nhar San Mark ix-xita nar fl-art
  • Wara San  Mark, min jitlob ix-xita jkun jitieq in-nar fl-art.
  • Nhar Santa Luċija l-jum jitwal (jagħamel) pass ta’ tarbija
  • Santa Luċija ttina d-dal u dija.
  • Qabel il-ħġejjeġ, la tbiddilx ħwejjeġ
  • Qabel nhar il-ħġejjeg, la jitbiddlu l-ħwejjeġ.
  • Mal-ħġejjeġ jinbidlu l-ħwejjeġ.
  • Min ommu tħobbu, qabel il-ħgejjeġ ma tbdillux il-ħwejjeġ.
  • Qabel jiġi San Ġwann tneħħix is-suf minn fuqek.
  • Qabel il-Milied, la bard u lanqas ksieħ
  • Sal-Milied, la bard (bruda) u lanqas ġwieħ (ksieħ).
  • Sal-Milied, la bard u lanqas ksieħ, la għera u anqas ġwieħ.
  • Qamar rieqed baħar imqajjem
  • Qamar wieqaf, baħar bnazzi.
  • Qamar rieqed, baħrin imqajma; qamar imqajjem, baħrin rieqda.
  • Il-qamar rieqed u l-kaptan imqajjem.
  • Meta l-qamar ikun wieqaf, il-kaptan ikun rieqed; meta l-qamar ikun rieqed il-kaptan ikun imqajjem.
  • Qamar wieqaf, baħrin rieqda.
  • Qamar rieqed baħar imqajjem; qamar wieqaf baħar bnazzi
  • Qamar Settembru jiġbed sebgħa warajħ
  • Raff ta’ sħab, ragħad u beraq stenna
  • Riħ isfel biċ-ċpar stenna majjistral
  • Sa għonqu fl-ilma u jrid jidden
  • Sajf imniddi (bin-nida): ħarġa mimlija
  • Sal-Qaddisin kollha, ir-riħ fuq jiġi bil-bolla
  • Sema naqxet il-fekruna (manwas il-fekruna) jew xita qliel jew riħ fortuna.
  • Meta s-sħab ikun qoxra ta’ fekruna aktarx ikun ir-riħ (jew aktarx jispiċċa foruna)
  • Meta s-sħab ikun qizra ta’ fekruna, xita bil-qliel (jew bil-boqoq)
  • Sħab mil-lbiċ ilma (jew  xita) żgur (aktarx) iġib
  • Sodd ħalqek bl-ilma u titkellem xejn
  • Tersaqx fejn hemm l-ilma mdardar
  • Tgħidx min dal l-ilma ma nixrobx.
  • Tgħid (jew Tgħid qatt) minn dan l-ilma ma nixrobx; anqas minn din it-trieq ma ngħaddix.
  • Titlobx xita f’Jannar (għax jagħmillek is-silg).
  • La ssejjaħx (titlobx, tgħajjatx) xita f’Jannar.
  • Titlobx xita f’Jannar għax l-ilma jinżel għall-bjar.
  • Wara l-berqa jiġi l-meraq
  • Meta jberraq, imerraq.
  • Jekk ma jberraqx ma jmeraqqx.
  • Mnjen iberraq, imerraq.
  • Wara l-berqa stenna r-ragħda
  • Wara l-maltemp, jiġi l-bnazzi
  • Xemx bajda tiġbed ix-xita
  • Xemx miblula taħraq
  • Xemx ta’ Settembru tiftah il-bibien tar-rixtellu
  • Xita fi ħruġ Marzu dħul April karru deheb fin
  • Xita fi dħul April karru deheb u iehor ħarir
  • Xita f’Settembru meraq tajjeb f’Novembru
  • Illma qiegħed la tqanalux għax jinten
  • Mejju mirjieħ bid-dejn stennieh
  • Alla fuq kollox u fuq kulħadd: xemx u xita jibgħat lil kulħadd
  • Ix-xitan jibża mill-ilma mbierek
  • Imut il-għani, imut il-fqir; it-tnejn jitmellħu għal ġewwa  l-bir.
  • Ix-xemx titla’ u x-xita’ tinżel għal kulħadd.
  • Xemx u xita jibgħat lil kulħadd.
  • Ilma qiegħed la tqanglux għax jinten.
  • La tanqalx ħama (jew ħara).
  • Il kelb il-mismut kull ilma jdannah (jaħsbu misħun).
  • L-ilma jgħalli il-ħatab, u l-ħatab igħalli l-ilma
  • Meta jinxfu l-għejun, jinxfu
  • Fix-xita, il-bieb miftuħ dejjem tidħol ir-raxxa.
  • Min ma jridx jibtell ma joħroġx fix-xita.
  • Il-qaħba ruħha dejjem imsaħħba
  • Sieqja tajba iżda bir miksur
  • Ir-raġel ġiebja u l-mara sieqja (gandott għat-tisqija).
  • Iż-żwieġ lagħqa (jew mgħarfa) għasel, bittija mrar (morr)
  • Iż-żwieġ fih l-ħelu u fih il-morr.
  • Iż-żwieġ qatra ħelu u  ġarra morr.
  • Fid-dinja pinta ħelu u bittija morr.
  • Ħanżir dak li jistaħam f’kull għadira
  • Ix-xorb qares fil-bidu u darrej maż-żmien.
  • L-ewwel pinta (jew terz) qarsa (qares).
  • L-ewwel ratal tqil.
  • L-ewwel terz għali.
  • Id li qiegħda fl-ilma ma tagħderx id li qiegħda fin-nar
  • L-ilma jsaqqi (irabbi) l-ħatab (is-siġar) u l-ħatab igħalli l-ilma.
  • Jitkabbar, anqas li kien fil-Għajn il-Kbira.
  • Toqgħodx tagħażaq fl-ilma.
  • Ix-xita fil-baħar tinżel.
  • Il-wied dejjem sejjer għan-niżla.
  • Il-wied għan-niżla jinżel.
  • Ġej bħaż-żejt f’wiċċ l-ilma.
  • B’daqshekk il-bastiment mhux se jagħmel ilma (jew jegħreq)
  • Is-sajf għall-fqir aħjar mix-xitwa.
  • Raj il-fqir baqa’ fil-baħar
  • Ix-xemx liżar tal-fqar
  • Ħażin meta s-sieqja tajba u l-bir miksur.
  • Jekk ma taqsams il-bħajjar ma tkunx tista’ tnajjar.
  • Daqqa fuq iċ-ċirku u oħra fuq il-bittija.
  • Kisra tal-art ħelwa u tal-baħar morra.
  • Rmejt il-ħadit fil-bir, tela’ maż-żir.
  • Kelma żejda bi dmir, qartalla ġol-bir.
  • Tnejn kien u jkun; tlieta fil-baħar igħum.
  • Waqt (jew Mal-) il-berqa, aqbeż għall-qargħa.
  • Waqt il-berqa daħħal, waqt ir-ragħda dawwar.
  • Ta’ l-ilma, fl-ilma jmur.
  • Tgħum il-baħar kollu u tegħreq f’xiber ilma.
  • Xemx li ma ssaħħanx, aħjar il-bard ta’ Jannar minnha.
  • Tegħreqx f’xiber ilma
  • Għamel (jew Imxi) sewwa u ħalli l-baħar iħabbat.
  • Min ikum mimli biċ-ċomb ma jintefax il-baħar.
  • Il-baħar ftit ftit jiekol ix-xatt.
  • Bil qtajra l-qtajra timtela l-ġrajra.
  • Inbid fl-ilma jitlef kilma; inbid pur jtlef l-unur; titfgħa f’żaqqek, jitla’ f’rasek; tratti tagħmel ta’ miġnun.
  • Min jixrob l-ilma ma jagħlix (jew jigħabx; jew jinqabadx) fil-kelma.
  • Il-baħar jikxef kollox (jew l-mard)
  • Sant’Antnin jtella’ l-qannata min ġol-bir.
  • Alla jħarsek minn lull għajn (u jitfgħek fil-ġiebja ta’ Bela’ Ħobbu.)
  • Agħtini xortija w itfagħani (ixħetni) l-baħar.
  • Jekk xortih ittih, jista’ jintefa’ fil-qiegħ.
  • Id-dinja ħobż u l-baħar inbid.
  • Nhar ta’ ħamis meta x-xemx tinżel ġo xkora, stenna l-maltemp.
  • Bix-xita u x-xemx, il-muna bil-ġiri ma tintemmx.
  • Ix-xemx għandha l-għalqa taħdimha.
  • Ix-xemx (in-nhar jew ġurnata) tidher minn filgħodu (jew minn filgħodu turik).
  • Xemx u xita, Alla jaf meta.
  • Meta l-qamar ikun immejjel, juri li jkun ġej il-maltemp.
  • Meta l-qamar ikollu l-għalqa, lesti biex tisma’ xi għarqa.
  • Meta l-qamar irabbi l-qiegħa, tita’ tgħid li hu riħ isfel.
  • Qamar bil-qiegħa, riħ Lbiċ.
  • Il-qamar jiekol (jibla’) kollox
  • Meta jidher il-kawkaw, riħ nofsinhar.
  • Meta jidhru l-kwiekeb kbar, ix-xita tkun qrib.
  • Meta l-kwiekeb ilebilbu, stenna riħ qawwi.
  • L-kwiekeb tegħmeż, għandna r-riħ.
  • Meta l-baħar iħerraq, ir-riħ isfel jitfaċċa.
  • Riħ il-lbiċ, jieħu w ma jġib.
  • Riħ il-Lbiċ jiddi, ma jġibx.
  • Il-Lvant jimla l- vagant.
  • Meta tisma’ jgħajjar il-munxar tista’ tgħid li se jdur ir-riħ.
  • Meta jiftaħ il-Punent ikun għadda l-maltemp.
  • Il-Punent italla’ u jniżżel kull mument.
  • Il-Punent  jiksrilna għajna kull mument.
  • Il-Punent iwiegħed u jagħti.
  • Riħ fuq, itajjar l-għakur.
  • Mill-ksieħ u r-riħ jiġu l-għejjel; mix-xemx u x-xita jsiru l-għellejjel.
  • Riħ isfel biċ-ċpar, stenna Majjistral.
  • Riħ isfel, meta tniggeż il- ħmar kemm jisfen!
  • Rfigħ ir-riħ kaċċa fil-qiegħ.
  • Ir-riħ mhux tjieb.
  • Xarba tar-riħ, il-wiċċ jiġi f’sensieh.
  • Sħab mill-lbiċ ilma żgur iġib.
  • Raff bir-rjus, ragħad u beraq ikollna (stenna).
  • Il-berqa mhux ħobż.
  • Ma’ l-ewwel berqa, in-nannu jofqos il-miżwed u n-nanna tlesti l-miserka.
  • Berqa waħda f’Jannar, stenna maltemp kbir warajha.
  • Wara r-ragħad, tiġi x-xita.
  • Xita bnina deheb fina: ajru mwaħħal, miskin min ibaħħar.
  • Meta x-xita tagħmel bikri, u tibqa’ sal-imwaħħar, ikollu x’jitma’ l-bidwi u x’jaħżen sal-aħħar.
  • Ix-xita l-bikrija tnebbet il-ġarġir.
  • Meta tibtell l-għetejba, tibda teħla l-bwejba.
  • Ix-xita bil-boqoq, xita dewwiema.
  • Meta Alla jtina l-bqija tax-xita (jew ix-xita tal-kumpliment) l-ilbies tas-sbul jitwal ’il-fuq mil-komma.
  • Meta s-sema tkun kilwiema, tkun senet il-ħmar.
  • Jekk ma jagħmilx ilma nixorbu l-ilma; jekk jagħmel l-ilma nixorbu nbid.
  • In-namar t’Alla jbażża.
  • In-nar u l-ilma jbażża’.
  • Meta tidher il-qawsalla waqt il-maltemp ta’ filgħodu turi xita; ta’ filgħaxija bnazzi.
  • Meta tqattar ix-xita, is-sajda tkun f’waqqitha.
  • Sena tax-xita, sena tal-maltemp.
  • Infetaħ il-vit, issa għalf u ġid.
  • Meta jsaffru l-iġfien, ikunu fgaw il-widien.
  • Tal-wied, tal-wied
  • Ix-xita ħdiet; kull tajra mxiet.
  • L-ewwel xita tkun għar-raba’ u għall-bjar; jekk tissokta, bil-ġid timla r-rziezet u d-djar.
  • Xita mil-Lvant timla l-vagant.
  • Il-qamar idamdam, / il-kewba qoffa, / Ix-xemx dennija / u dix-xita mnejn hi ġejja?
  • Ix-xita u x-xemx, qed jitgħammed Lhudi (jew twieled Tork).
  • Xuxa mxewxa titlob ix-xita.
  • Baħar fieragħ għal Riħ isfel, / Baħar mimli għal Riħ Fuq; / B’riħa ta’ dolliegħ / il-baħar maltemp stenna minnufih.
  • Meta jkun hemm it-triqat fil-baħar ikun ġej il-maltemp.
  • Il-baħar bil-għorrief mimli.
  • Jekk ma tatix l-art, lanqas ma jagħti l-baħar.
  • Meta l-baħar (il-blat) jibjad il-mellieħa, jew jitla’ l-baħar għaliha jew tiġi x-xita.
  • Skond l-annata timtela l-qannata.
  • In-nwar tal-bajtar jimla l-qolla bl-aħjar għasel.
  • L-ilma tal-ħabel imur mal-ħabel.
  • Fejn hemm il-ħdura ssib l-ilma.
  • Meta tkun sena milwiema, il-ħallel ta’ ħuxlief ikunu kbar u tal-qamħ ikunu xagħar żgħar.
  • Ir-raba’ rqiq jixba’ mill-ilma u jinxef bid-dawl tal-qamar.
  • Ir-raba’ xagħri tinfaqa’ bin-nida u tinxef bid-dawl tal-qamar.
  • Ir-raba’ ta’ l-ixtut bħal leħja ta’ l-utut.
  • Ix-xagħri wix-xtut leħjet l-utut.
  • Meta xxebba’ fl-ilma it-taflija kull sbula tagħmel mija.
  • It-tomnija ta’ disat ijiem aħjar mill-oħra bix-xita fit-tmiem.
  • Fit-tromb jikber l-ixkomp.
  • Bajda bit-tebgħa ħamra tkun għaddiet mill-wied tan-namra.
  • Meta l-gru jgħaddi fil-għoli jkun ġej il-maltemp.
  • Il-ħmar jinġabar meta ġej it-temp.
  • Meta tara l-ħuttaf, tkun ġejja x-xita.
  • Meta l-kelb jitmiegħek u l-ħmar jimraħ, jew ir-rwiefen ittenna, jew bix-xita għandek tifraħ.
  • Meta jitkagħbru l-klieb ikun ġej il-maltemp
  • Alla tal-baħar u Alla tal-imrieħel.
  • Il-malvizz izekzek (bil-lejl) riħ nofsinhar.
  • Meta joħroġ in-nemel tal- ġwienaħ tkun ġejja x-xita.
  • Meta joħroġ in-nemel bil-ġwienaħ, xita u maltemp stenna.
  • Nemus fuq il-qamħ sinjal li qed jisħon.
  • Moghdija tal-għasafar kbar, sinjal tal-maltemp.
  • L-għarienaq il-maltemp iqanqlihom il-ġwienaħ
  • Meta qattus ikun jitmiegħek, mur għall kabozza għax tkun ġejja xita kbira u ħudha miegħek.
  • Meta qattus tara f’xi gallarija, għid li ħierġa x-xemx.
  • Ġej il-maltemp jew mill-poppa jew mill-pruwa meta jisgħol (jagħtas) il-qattus.
  • Ikun se jdur ir-riħ, meta jiddnu s-sriedaq.
  • Is-snin bħal-aħwa, ma jixxibhux.
  • Kif tibda l-ħdura, in-nies tibda ssebbah il-bħura.
  • Sajf imniddi, ħarġa mimlija.
  • Ix-xemx bdiet kiefra,  u l-gavott ma jdoqqx iżjed fifra.
  • Kif jibda jaqa’ l-weraq, jisreġ il-beraq.
  • Meta jibda jaqa’ l-weraq nistennew ir-ragħad u l-beraq.
  • Meta tibda taqa’ l-werqa, ix-xemx taraha bix-serqa.
  • Bnazzi tax-xitwa, trott ta’ bagħla xiħa u kappell ta’ miġnun, qatt iżżomm magħhom.
  • Fi Frar idoqqu l-ġlieġel (Karnival). Imbagħad igħannu l-bliebel (Marzu). Warajhom igħaddu l-gliegel (tax-xita – April). Fl-aħħar ngħattu l-bejtiet mir-rwiefen (f’Mejju). F’Settembru nimlew il-platt b’dawk li jiġu mintufa (bis-summien). Imħabba l-lejl il-ħajja tiġi maħtufa (f’Ottubru l-ġurnata tiqsar). Nibku u nerġgħu nibku il dawk li kienu magħrufa (f’Novembru, xahar il-mejtin). Imbagħad tibda ddawwar xi sufa (f’Diċembru toqgħod tlembeb is-suf u t-tajjar).
  • Jannar bardan meta jsib l-art liebsa jneżżagħha u meta ma jsibhiex liebsa jlibbisha.
  • Jannar, jekk isib il-gżira (l-art) liebsa jneżżagħha, jekk isibha mneżżgħa jlibbisha.
  • Jannar jekk isib l-art magħrwna illibisha, u jekk jsibha liebsa jneżżagħha.
  • Meta Jannar tarah lewwiemi (lewliemi), ma tarax il-bidwi tant hieni
  • Jannar xott, il-bidwi għani.
  • Jannar daħħal lilek u lil għajrek ġewwa d-dar.
  • Jannar igezzizna ġewwa d-dar.
  • Jannar idaħħlek fil-għar.
  • Jannar idaħħal ġol-għar.
  • Qożżot, qożżot għalik Jannar, jien u n-nagħġiet tiegħi ġewwa l-għar.
  • Jannar għandu minn kollox
  • Nhar San Pawl it-temp ibiddel (iqalleb) seba’ darbiet.
  • Meta tkun ix-xita f’Jannar, għandek il-qoton id-dar.
  • Ix-xita ta’ Jannar tajba biex taħdem ħadma r-raba’ tal-qoton.
  • Għax-xita ta’ Jannar fil-bikri, lesti l-bjar.
  • Ix-xita f’Jannar troxx il-bżar.
  • Qabel Jannar, la xita u lanqas bard.
  • Frar fawwar, tal-bidwi għana fid-dar.
  • Meta Frar ikun fawwar, f’daqqa l-biedja tmur fl-ibjar.
  • Frar fawwar, jekk ma toħroġx ix-xemx fil-għodu toħroġ wara nofs inhar.
  • Frar kull ħaxixa bl-inwar, jekk ma toħroġx ix-xemx filgħodu toħroġ wara nofs in-nhar.
  • Frar fawwar, itella’ l-fwar.
  • Fix-xahar ta’ Frar iżra’, saqqi u baqqi l-ħabaq għazzi.
  • Meta jiġi ħadd il-bluh, ix-xita tibda tfuħ.
  • Il-karnival, it-tlett ijiem tal-bluh u x-xita tibda tfuħ.
  • Jekk l-ors ibill siequ fil-Gandlora, stenna xita qawwija wara.
  • Ras ir-randan, ras il-maltemp.
  • Fi Frar ix-xita bil-lejl u xogħol (taħdem) bi nhar.
  • Marzu Marzellu, (Marzurellu), bil-babozza u bil-kappell.
  • F’Marzu, il-bard irqiq jidħol fil-għadam
  • F’Marzu x-xita tibda tfuħ.
  • Xita ħruġ Marzu u dħul April, karru deheb, ieħor ħarir, (karru deheb u ġawhar fin).
  • Ix-xita fi ħruġ Marzu, dħul Arpil, aħjar minn mitt karlu deheb fin.
  • Mingħajr bella, ma tinbena ħalla.
  • Bla bella ma tiħux qatta.
  • Bil-kumplament tajjeb t’April, l-uċuh kollha taqbeż u ttir.
  • Qatra xita f’April tiswa daqs karru deheb fin.
  • Bix-xita f’Marzu u April tinġabar l-annata.
  • Ix-xita ta’ San Ġorġ megħuda.
  • Iż-żunżana għamlet żinn u x-xitwa sejra ’l hinn.
  • In-naħla tagħmel żinn, ul-maltemp imur lilhinn.
  • Tiġi d-dubbiena tagħmel żinn, u s-sħaba tmur lilhinn.
  • Iż-żunżana tagħmel żinn u x-xita tibda tfuħ mil-lum ’l hinn.
  • Iż-żunżana tagħmel żinn u min mar ’l hawn u min mar ’l hinn.
  • Il-baħar ta’ Mejju jgħarrqek u jħallik.
  • Mejju mirjieħ u l-baħar jistennieh.
  • Xita f’Mejju, xita tal-qigħan.
  • Mitt Mejju, ma jgħaddix wieħed li ma jagħmilx xita.
  • Ix-xita ta’ fuq il-qigħan, toħroġ ilma mit-tigħam.
  • Ix-xita tal-qigħan megħuda.
  • Ix-xita għal Sant’Anna bikrija
  • F’Awissu, l-baħar tisma’ ħissu.
  • Awissu, Settembru, l-baħar juri l-bluha tiegħu.
  • F’Awissu, l-ilma jibda jmissu.
  • San Bartilmew (u wkoll Sans Bert għall-qasir) għandu il-muftieħ tax-xita.
  • F’tal-Vitorja, il-baħar jitla’ fl-għolja.
  • Tal-bigilla ma qal xejn, u r-rebħ tagħna għadu ġej.
  • In-nejja reġgħet ġiet, u l-fawwara għoddha mtliet.
  • Jekk tagħmel ix-xita nhar tar-Rużarju fil-għodu, tkun bikrija; jekk tagħmel minn nofs inhar ’il quddiem, tkun imwaħħra.
  • San Martin ikisser it-tin, u Katarin tisqih mill-fin.
  • Mil-Kunċizzjoni sal-Milied, erfa’ l-moħriiet minn ħalq il-wied u qiegħed l-ixkubetta fuq l- utied.
  • Fil- Milied itfa’ l-ixkubetta fuq l-utied u l-moħriet eħħi mill wied.
  • Bejn tal-Qala u l-Milied, arfa’ l-moħriet minn ħalq il-wied, ixħet xkubettitek fuq l-utied.
  • Il-qastanija tajba, u x-xemx dejjem mgħajba.
  • Jekk jaqa’ n-nida lejlet Santa Luċija, l-qoton jitrabba bla tbatija.
  • Nhar il-gandlora joħroġ l-ors; jekk isib l-art imxarrba jew riġlejh jibqgħu niexfa, igħid: ix-xitwa ġejja; jekk isibha niexfa jgħid: ix-xitwa għaddiet.
  • Għall-Gandlora, stilli fora; / Iż-żunżana tagħmel żinn/ U t-temp imur ’il hinn.
  • Tiġi d-dubbiena tagħmel żinn u s sħana tmur lil hinn.
  • Il-Gandlora stilla vora, l-ajru jtalla’ u jerġa’ jċora
  • Meta tiġi l- Gandlora, it-temp jitlaq u jvora.
  • Mejju kull ma fih jirwina l-btieħ.
  • Mejju l-ibleh (l-imħejjem) t’ommu.
  • Qamar Settembru jiġbed sebgħa warah.
  • Jekk il-qamar ta’ Settembru jimla bix-Xlokk, jagħmel ix-Xlokk seba’ xhur tas-sena.

 

Source:  Aquilina, J: A comparative dictionary of Maltese proverbs, University of Malta, 1986

Back to top Lura ’l fuq


 

Home ] Up ] About EMWIS ] Search ] Disclaimer ] Copyright ] Contact us ] Site Map ] Contributors ]